Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Zeposia 0.23 mg kapsuli ibsin
Zeposia 0.46 mg kapsuli ibsin
Zeposia 0.92 mg kapsuli ibsin
ozanimod

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

F'dan il-fuljett

  1. X’inhu Zeposia u għalxiex jintuża
  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Zeposia
  3. Kif għandek tieħu Zeposia
  4. Effetti sekondarji possibbli
  5. Kif taħżen Zeposia
  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Zeposia u għalxiex jintuża

Zeposia fih is-sustanza attiva ozanimod li tifforma parti minn grupp ta’ mediċini li jistgħu jnaqqsu n-numru ta’ ċelloli tad-demm bojod (limfoċiti) li jiċċirkolaw liberament madwar il-ġisem.

Zeposia hu indikat għall-mard li ġej:

Sklerożi multipla

Zeposia hu indikat għat-trattament ta’ pazjenti adulti li għandhom sklerożi multipla li tirkadi u tbatti (RRMS, relapsing remitting multiple sclerosis) b’marda attiva.

Zeposia jgħin jilqa’ kontra attakki fuq in-nervituri billi jwaqqaf ċertu ċelloli bojod tad-demm  milli jilħqu ’l-moħħ u s-sinsla fejn jistgħu jikkawżaw infjammazzjoni u ħsara lill-kisja protettiva tan-nervituri.

Kolite ulċerattiva

Zeposia huwa indikat għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’kolite ulċerattiva (UC – ulcerative colitis) attiva b’mod minn moderat sa sever.

Zeposia jgħin biex inaqqas l-infjammazzjoni fil-kolite ulċerattiva billi jwaqqaf ċerti ċelloli bojod tad-demm milli jilħqu l-kisja intestinali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Zeposia

Tiħux Zeposia:

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Zeposia jekk:

Qabel tibda tieħu Zeposia, it-tabib tiegħek se jiċċekkjalek qalbek permezz ta’ elettrokardjogramma (ECG).

Jekk għandek ċerti kundizzjonijiet tal-qalb it-tabib tiegħek se jimmonitorjak għal mill-inqas l-ewwel 6 sigħat wara l-ewwel doża tiegħek.

Peress li Zeposia jista’ jżidlek il-pressjoni tad-demm, it-tabib tiegħek jista’ jkun irid jiċċekkjalek il-pressjoni tad-demm regolarment.

Matul it-trattament b’Zeposia, jekk inti tiżviluppa dardir, rimettar, uġigħ fin-naħa tal-lemin tal-istonku (uġigħ ta’ żaqq), għeja, telf ta’ aptit, sfurija tal-ġilda tiegħek jew tal-abjad ta’ għajnejk (suffejra) u/jew awrina skura mhux spjegati, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu minħabba problema bil-fwied tiegħek.

Qabel, waqt u wara t-trattament, it-tabib tiegħek se jitlob testijiet tad-demm biex tiġi mmonitorjata l-funzjoni tal-fwied tiegħek. Jekk ir-riżultati tat-testijiet tiegħek jindikaw problema bil-fwied tiegħek, jista’ jkun meħtieġ li t-trattament b’Zeposia jiġi interrott.

Waqt li tkun qed tieħu Zeposia (u sa 3 xhur wara li tieqaf tieħdu), jistgħu jaqbduk infezzjonijiet aktar faċilment. Kwalunkwe infezzjoni li diġà għandek tista’ taqleb għall-agħar. Kellem lit-tabib tiegħek jekk tiżviluppa infezzjoni.

Waqt it-trattament b’Zeposia, jekk tiżviluppa disturb tal-vista, dgħufija progressiva, guffaġni, telf ta’ memorja jew konfużjoni, jew jekk għandek MS u taħseb li l-marda tiegħek qed tiggrava b’mod progressiv, kellem lit‑tabib tiegħek minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu dovuti għal PML, infezzjoni rari fil-moħħ li tista’ twassal għal diżabilità severa jew mewt.

Waqt it-trattament b’Zeposia, jekk tiżviluppa uġigħ ta’ ras sever, tħossok konfuż, jew ikollok aċċessjonijiet u telf ta’ vista, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu riżultat ta’ sindrome msejjaħ ‘sindrome ta’ enċefalopatija posterjuri riversibbli’ (PRES, posterior reversible encephalopathy syndrome).

Peress li Zeposia jista’ jżid ir-riskju ta’ kanċer tal-ġilda, għandek tillimita l-esponiment tiegħek għad-dawl tax-xemx u d-dawl UV (ultravjola), billi tilbes ilbies protettiv u tapplika krema għall-protezzjoni kontra x-xemx b’mod regolari (b’fattur għoli tal-protezzjoni kontra x-xemx).

Nisa li jistgħu joħorġu tqal

Jekk jintuża matul it-tqala, Zeposia jista’ jagħmel il-ħsara lit-tarbija tiegħek fil-ġuf. Qabel tibda t-trattament tiegħek b’Zeposia, it-tabib tiegħek ser jispjegalek ir-riskju u jitolbok tagħmel test tat-tqala sabiex jiżgura li m’intix tqila. It-tabib tiegħek ser jagħtik kard li tispjega għala m’għandekx toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu Zeposia. Din tispjega wkoll x’għandek tagħmel biex tevita li toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu Zeposia. Inti trid tuża kontraċezzjoni effettiva matul it-trattament u għal 3 xhur wara li twaqqaf it-trattament (ara s-sezzjoni “Tqala u treddigħ”).

Jekk xi wieħed minn dawn japplika għalik, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tieħu Zeposia.

L-aggravar ta’ MS wara li jitwaqqaf it-trattament b’Zeposia

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk taħseb li l-MS tiegħek tmur għall-agħar wara li tkun waqqaft it-trattament b’Zeposia (ara “Jekk tieqaf tieħu Zeposia” f’sezzjoni 3).

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena. Dan għaliex Zeposia ma ġiex studjat fit-tfal u fl-adolexxenti.

Mediċini oħra u Zeposia

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan għaliex Zeposia jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu xi mediċini oħra. Barra minn hekk, xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Zeposia.

B’mod partikolari, qabel tieħu Zeposia, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar kwalunkwe waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

Tużax Zeposia matul it-tqala, jekk qed tipprova toħroġ tqila jew jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila u m’intix qed tuża kontraċezzjoni effettiva. Jekk Zeposia jintuża matul it-tqala, hemm riskju li ssir ħsara lit-tarbija fil-ġuf. Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, it-tabib tiegħek ser jinfurmak dwar dan ir-riskju qabel ma tibda t-trattament b’Zeposia u ser jitolbok tagħmel test tat-tqala sabiex jiżgura li m’intix tqila. Int għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Zeposia u għal mill-inqas 3 xhur wara li tieqaf tieħdu. Staqsi lit-tabib tiegħek dwar metodi affidabbli ta’ kontraċezzjoni.

It-tabib tiegħek se jagħtik kard li tispjega għaliex m’għandekx toħroġ tqila waqt li qed tieħu Zeposia.

Jekk toħroġ tqila waqt li tkun qed tieħu Zeposia, għid lit-tabib tiegħek immedjatament. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi li jwaqqaf it-trattament (ara “Jekk tieqaf tieħu Zeposia” f’sezzjoni 3). Ser isir monitoraġġ speċjalizzat qabel it-twelid.

Treddigħ

M’għandekx tredda’ waqt li tkun qed tieħu Zeposia. Zeposia jista’ jgħaddi fil-ħalib tas-sider u hemm riskju ta’ effetti sekondarji serji għat-tarbija.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Zeposia m’għandu l­-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Zeposia fih is-sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.

Zeposia fih il-potassium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol potassium (39 mg) f’kull kapsula, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mill-potassium’.

3. Kif għandek tieħu Zeposia

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Meta tibda tieħu Zeposia għall-ewwel darba, jeħtieġ li tieħdu f’doża baxxa u żżidha bil-mod il-mod, biex tnaqqas kwalunkwe effett li jnaqqas ir-rata tat-taħbit tal-qalb tiegħek.

Kif għandek tieħu Zeposia

Jekk tieħu Zeposia aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar Zeposia milli suppost, kellem lil tabib jew mur fi sptar immedjatament. Ħu l-pakkett tal-mediċina u dan il-fuljett miegħek.

Jekk tinsa tieħu Zeposia

Jekk tieqaf tieħu Zeposia

Se jkollok bżonn terġa’ tibda l-‘pakkett tal-bidu tat-trattament’.

Zeposia ser jibqa’ f’ġismek sa 3 xhur wara li tkun waqaft tieħdu. L-għadd taċ-ċelloli tad-demm bojod (għadd tal-limfoċiti) jista’ wkoll jibqa’ baxx matul dan iż-żmien u l-effetti sekondarji deskritti f’dan il-fuljett jistgħu jseħħu xorta waħda (ara sezzjoni 2 u “Effetti sekondarji possibbli” f’sezzjoni 4).

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk taħseb li l-MS tiegħek tmur għall-agħar wara li tkun waqqaft it-trattament b’Zeposia.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek immedjatament jekk tinnota kwalunkwe mill-effetti sekondarji serji mniżżla hawn taħt:

Effetti sekondarji oħra

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Zeposia

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zeposia

Kif jidher Zeposia u l-kontenut tal-pakkett

Daqsijiet tal-pakketti

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq
Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG
Plaza 254
Blanchardstown Corporate Park 2
Dublin 15, D15 T867
L-Irlanda

Manifattur
Celgene Distribution B.V.
Orteliuslaan 1000
3528 BD Utrecht
L-Olanda

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: https://www.ema.europa.eu.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina hi disponibbli wkoll billi tiskennja l-kodiċi QR fuq il-pakkett ta’ barra bi smartphone. L-istess informazzjoni hi disponibbli fuq dan il-URL: www.zeposia-eu-pil.com.